#SignForHunting

#niddefendul-wirtkulturalitagħna
Trid future għall-kaċċa u l-insib?

Il-futur tal-kaċċa, l-insib u l-konservazzjoni huwa mhedded

Il-kaċċa u l-insib għall-għasafar, il-ħabitat għall-kaċċa u l-insib, il-ġestjoni tal-kaċċa, l-kulturi tal-kaċċa tal-Ewropa, u l-inċentivi tagħna biex nikkonservaw l-ambjent naturali huma f’riskju minn tfassil ta’ politika problematika.

SIGN HERE TO JOIN THE CAMPAIGN!

Then, you will receive an email from FACEcommunication@face.eu – where you need to confirm your signature. Please check your email and confirm!

Your data will remain strictly confidential and secured. You can unsubscribe any time via the link at the bottom of our emails. You also have the right to modify/delete your data by contacting info@face.eu

IT-TALBIET TAGĦNA

80% tar-regoli u r-regolamenti li jeffetwaw il-kaċċa, l-insib u l-konservazzjoni ġejjin minn Brussell

Irridu Ewropa għanja fil-bijodiversità għal kulħadd.

Irridu li l-politika dwar l-ambjent naturali tinċentiva l-ħidma ta’ konservazzjoni tal-kaċċaturi u n-nassaba, inkluż fiż-żoni protetti.

Irridu li l-liġi tal-ambjent naturali tal-UE tagħti riżultati għall-ekosistemi u l-ħabitats għall-kaċċa żgħira, speċjalment fl-artijiet mistagħdra u dawk agrikoli.

Irridu approċċ aktar oġġettiv u bbażat fuq l-evidenza għall-kaċċa, inklużi l-prattiki reġjonali tal-kaċċa.

Irridu valutazzjonijiet preċiżi ta' popolazzjonijiet karnivori kbar ibbażati fuq kriterji xierqa u proċedura biex tiġi emendata l-elenkar tagħhom taħt id-Direttiva dwar il-Ħabitats.

Irridu li l-kaċċaturi u n-nassaba jkunu rikonoxxuti bħala parti mis-soluzzjoni għall-konservazzjoni tal-ambjent naturali, mhux il-problema.

Irridu li l-liġijiet u d-deċiżjonijiet ikunu ġusti, u jagħtu benefiċċji ċari, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Irridu li l-wirt kulturali tagħna jiġi rispettat, li huwa vitali għall-futur ta’ Ewropa diversa u biex tarrikkixxi l-ħajja taċ-ċittadini individwali.

Irridu li Brussell jieħu din l-aġenda fil-livell internazzjonali għaliex l-UE għandha influwenza qawwija fil-livell globali.

IL-PROBLEMA

L-ambjent naturali tal-Ewropa sejer ħażin, iżda mhux kullimkien. Fejn u meta nistgħu, il-kaċċaturi u n-nassaba qegħdin jaħdmu biex jiżguraw futur b’saħħtu, billi jidħlu f’ħidma ta’ konservazzjoni kuljum madwar l-Ewropa.

Madankollu, xi uħud min dawk li jfasslu l-politika qegħdin jaħdmu kontra l-kaċċa u l-insib fi Brussell. Prattiki importanti tal-kaċċa u l-insib qegħdin jiġu ristretti bla bżonn. Qegħda tiġi applikata pressjoni biex tiġi sospiża l-ġestjoni tal-kaċċaturi u n-nassaba f’xi pajjiżi, anke meta l-kaċċaturi u n-nassaba kienu essenzjali għall-irkupru tal-popolazzjonijiet tal-għasafar/annimali.

Jekk dan jirnexxi, allura l-bqija tal-Ewropa se tbati. Il-kaċċa u l-insib saħansitra qegħdin jiġu deskritta bħala t-theddida ewlenija għall-ambjent naturali, minkejja evidenza ċara tal-kuntrarju. Hemm aġenda attiva biex tintemm il-biċċa l-kbira tal-prattiki reġjonali tal-kaċċa u l-insib madwar l-Ewropa. Xi uħud min dawk li jfasslu l-politika saħansitra pproponew li jtemmu l-kaċċa, l-insib u anke s-sajd fuq 10% tal-art tal-UE.

🇪🇺Kif Brussell taffettwa l-kaċċa u l-insib

L-istatus tal-bijodiversità fl-art agrikola tal-Ewropa

L-għasafar tal-kaċċa u li nonsbu għalijhom

Meta nistaw noħorġu għall-kaċċa u nonsbu (“l-istaġuni”)

Il-metodi li nużaw għall-kaċċa u l-insib

L-armi li nużaw

Il-munizzjon li nużaw (iċ-ċomb irid jispiċċa fi żmien ħames snin)

L-attivitajiet tat-tradizzjonijiet reġjonali tal-kaċċa u l-insib

Regoli dwar il-biedja u l-ambjent li jkollhom impatt fuq l-ispeċi li jistgħu jiġu kkaċċjati u minsuba

AGĦMEL DONAZZJONI ISSA!

Donate now to support the European Hunters’ Campaign!

Account Holder: Fédération des Associations de Chasse & Conservation de la Faune de l’UE, Rue Belliard 205 – B-1040 Bruxelles
IBAN Code: BE19 3630 4736 2312
SWIFT Code:  BBRUBEBB
Bank: ING – Cour Saint Michel 60 – B-1040 Bruxelles

Please specify as purpose of payment:  “European Hunters’ Campaign”

For additional information, feel free to contact us by sending an email to communication@face.eu

THANK YOU!

DWAR IL-FACE

FACE hija l-Vuċi tal-Kaċċaturi Ewropej

Il-Federazzjoni Ewropea għall-Kaċċa u l-Konservazzjoni (FACE), li tirrappreżenta l-interessi tas-7,000,000 kaċċatur tal-Ewropa, qegħda tmexxi din il-kampanja.

FACE hija l-akbar korp demokratikament rappreżentattiv għall-kaċċaturi fid-dinja u waħda mill-akbar organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropej.

FACE huwa magħmul mill-Membri tiegħu: Assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-kaċċaturi minn 37 pajjiż Ewropew inkluż l-UE-27. FACE għandu wkoll 7 Membri Assoċjati

FACE – Rue Belliard 205 – 1040, Bruxelles
info@face.eu – www.face.eu